|
What is it?
About Moviment Graffitti
Statute
Moviment Graffitti Statute - in Maltese
After 10 years
An exhibition of 10 years of activities/campaigns organised
Contact Us
Email Addresses, Telephone Numbers, Bank Account and more.Click Here
Links
Links to websites relating to work done by Moviment Graffitti
Organisations
Environment
Human Rights
Non-Corporate Media
Ideologies And Resources
Add your link |
Statut tal-Moviment Graffitti
Aggornat fit-28 ta’ Ottubru 2004
- Isem, Arma u Bandiera: L-isem tal-Moviment hu MOVIMENT GRAFFITTI. L-arma
turi ponn u stilla. Il-bandiera hi hamra w sewda bl-arma fin-nofs.
- Ghanijiet u Skop: Il-Moviment Graffitti huwa attiv kontra l-oppressjoni u
l-esplojtazzjoni fuq nies, ambjent u annimali; B’vizjoni ta’ helsien u
demokrazija radikali. Il-Moviment Graffitti huwa progressiv, u awtonomu
minn kull forza politika, ekonomika jew socjali. Madankollu jista’ jaghmel
alleanzi ma forzi ohrajn skond kif jidhirlu. Fil-Moviment Graffitti ma
jezistix mexxej, u l-membri huma kollha volontiera.
- Shubija: Sabiex wiehed isir membru irid ihallas mizata ta’ Lm5 fis-sena.
Kull persuna li taqbel ma’ l-ghanijiet tal-Moviment Graffitti hija elegibli
ghal shubija. Sabiex wiehed isir “Membru Attiv” (membru bi dritt tal-vot)
irid ikun wera interess, attenda mill-inqas tliet laqghat tal-Moviment
Graffitti fi zmien xaharejn, attenda attivita/jiet u jkun nominat minn
Membru Attiv prezenti, liema applikazzjoni hija suggetta ghall-approvazzjoni
ta’ l-Membri Attivi prezenti ghall-laqgha. Kull min jaqbel ma’ l-ghanijiet
tal-Moviment Graffitti jista’ jsir “Supporting Member” (membru minghajr
id-dritt tal-vot) . Il-mizata ta’ shubija, “Supporting Member” hija ta’ Lm2
fis-sena.
- Decizzjonijiet: Id-decizzjonijiet fil-Moviment Graffitti jittiehdu
b’konsensus, u ghandu jkun hemm motivazzjoni u hidma biex jintlahaq
konsensus. Meta ma jintlahaqx konsensus, id-decizzjonijiet fi hdan
il-Moviment jittiehdu b’maggoranza semplici, li tfisser li jkun hemm iktar
voti favur milli kontra fost il-membri attivi prezenti. L-astenzjonijiet ma
jigux ikkalkulati, izda jekk ikun hemm maggoranza ta’ astenzjonijiet
tittiehed votazzjoni jekk id-diskussjoni ghandhiex titkompla.
- Drittijiet tal-Minoranzi: F’kaz li hemm minoranza ta’ membri li ma
taqbilx ma decizzjoni tal-Moviment Graffitti, din il-minoranza ghandha
d-dritt li ssemma lehinha fil-publiku dwar l-opinjoni taghha b’mod personali
u li ma tippartecipax ma dak li gie deciz mill-maggoranza.
- Tmexxija: Il-laqgha tal-membri hija responsabbli mit-tmexxija
tal-Moviment Graffitti bejn laqgha generali u ohra. F’din il-laqgha, li
ghanda ssir madwar darba fil-gimgha, jittiehdu decizzjonijiet politici,
amministrattivi, ideologici u strategici fost ohrajn. Jinqraw il-minuti ta’
l-ahhar laqgha u jsiru wkoll rapporti ta’ korrispondenza, stqarrijiet,
kitbiet u xandir li dehru fil-media, u darba fix-xahar ikun hemm rendikont
finanzjarju. Il-laqgha tigi facilitata minn ‘Facilitatur’ li jigi mahtur
fil-laqgha, u ‘Segretarju’ jiehu l-minuti. Fil-laqgha tal-membri ghandhom
dritt jattendu kemm membri attivi kif ukoll “supporting members” u nies
interessati. Madankollu jistghu jivvutaw biss membri attivi. F’kaz ta’
diskussjoni dwar temi kunfidenzjali, nies li m’humiex membri jistghu jigu
mitluba johorgu mill-laqgha. Dawk kollha prezenti jistghu jipproponu temi
ghad-diskussjoni fuq l-agenda tal-laqghat tal-membri. F’kull laqgha
tal-Membri tingabar donazzjoni volontarja ta’ 50c minn dawk prezenti.
- Attivizmu: Il-Moviment Graffitti huwa attiv kemm permezz ta’ azzjoni
diretta non-vjolenti (dimostrazzjoni, kampanji, protesti, etc..) u azzjoni
ideologika (stqarrijiet, pubblikazzjonijiet, diskussjonijiet, attivitajiet
kulturali, etc..). Il-membri tal-Moviment Graffitti ghandhom id-dritt li
jippronu attivitajiet u d-dmir li jippartecipaw fihom. F’kaz li membru ma
jaqbilx ma’ attivita’, ghandu d-dritt li ma jattendix. F’kaz ta’ bzonn,
fil-laqgha tal-membri jigi deciz minn ghandu jigi infurmat
ghall-attivitajiet. Fl-attivijatijet ghandu jsir dak li jkun gie deciz waqt
il-laqgha tal-membri. Bejn laqgha tal-membri u ohra il-Moviment jista’
jibghat stqarrijiet izda l-process ghall-approvazzjoni ta’ l-istqarrija
ghandu jkun demokratiku.
- Teams: Il-Moviment Graffitti jista’ jahtar teams dwar temi, kampanji,
attivitajiet partikolari. L-ghan tat-teams hu li jiffacilitaw ix-xoghol u
jkabbru l-attivita’ tal-Moviment Graffitti. It-teams dejjem ghandhom
jirraportaw lill-Moviment Graffitti u r-rakomandazzjonijet taghhom huma
suggetti ghall-approvazzjoni tal-Moviment Graffitti. It-teams bl-ebda mod
m’ghandhom ikunu ghaqdiet ohra fi hdan il-Moviment Graffitti.
- Fergha Universita’ u Junior College (FUJC): Il-membri tal-Moviment
Graffitti li huma studenti fl-Universita’ jew il-Junior College, u hadd
iktar, huma awtomatikament membri tal-FUJC. Kull sena l-FUJC tappunta membri
b’kariga. Il-FUJC trid tiltaqa’ mill-inqas darba kull xahar. Il-FUJC ghandha
tirraporta lill-Moviment Graffitti, hu d-decizzjonijiet taghha huma suggetta
ghall-approvazzjoni tal-Moviment Graffitti. Il-FUJC ghandha l-accounts
taghha (li jinkludu kont fil-bank), li huma parti mill-accounts nazzjonali
tal-Moviment Graffitti; jigifieri bl-isem dezinjat “Moviment Graffitti a/c
Fergha Universita’ u Junior College”.
- Finanzi: Il-Firmatarji ghall-kontijiet kollha fil-bank u
transazzjonijiet bankarji tal-Moviment Graffitti huma t-tezorier/a.
- Rwoli: Membru bi rwol bla ebda mod m’ghandu awtorita’ iktar minn membru
attiv iehor. Membri li juru interess li jkollhom rwol jistghu jaghmlu
x-xoghol relatat ma dan ir-rwol, bi qbil mal-membri attivi. Ir-rwoli jistghu
jinkludu fost ohrajn dawk ta’ Facilitatur/i; Segretarju/i; Ufficjal/i
Relazzjonijiet Pubblici; Tezorier/a; Ufficjali/i Shubija; Editur/i u
Pubblikatur/i. Ghal kull rwol jista’ jkun hemm iktar minn persuna wahda.
Ir-rwoli jigu decizi fil-laqgha tal-membri. Membru bi rwol ghandu jara li
membri bla rwol ma jigux imcahhda milli jippartecipaw f’dak ir-rwol. Membru
bi rwol ghandu jara kif jaqsam il-kapacitajiet involuti fir-rwol tieghu ma
membri interessati. Ghal dan il-ghan, jistghu jigu organizzati workshops.
- Facilitatur: Facilutatur jifformola agenda ghall-laqgha tal-membri
fil-bidu tal-laqgha. Kull min hu prezenti jista’ jipproponi temi
ghall-agenda. Il-Facilitatur jorganizza l-punti fl-agenda skond l-importanza
taghhom, u jizgura li kull punt ma jiehux iktar hin minn dak li jirrikjedi.
Waqt il-laqgha tal-membri, il-Facilitatur jaghti permess lil dawk prezenti
biex jitkellmu waqt il-laqgha tal-membri. Il-facilitatur izomm l-ordni waqt
il-laqgha tal-membri u ghalhekk ghandu l-awtorita’ li jissospendi lil min
mhux qed igib ruhu sew.
- Laqgha Generali Annwali: Il-Laqgha Generali Annwali hi l-ghola awtorita’
tal-Moviment Graffitti, u ssir f’Jannar kull sena. Il-membri kollha
tal-Moviment Graffitti iridu jigu avzati bil-Laqgha sa gimgha qabel id-data
taghha u jistghu jivvutaw membri attivi biss. Fil-laqgha jinqraw u jigu
approvati r-rapporti ta’ membri bi rwol u teams. Fil-laqgha generali annwali
il-membri attivi tal-Moviment Graffitti, ghandhom id-dritt li jipproponu
tibdil fl-istatut, punti ghad-diskussjoni u li jivvutaw. Id-decizzjonijiet
jittiehdu b’maggoranza semplici f’kaz li ma jkunx hemm konsensus.
- Laqgha Generali Straordinarja. Mill-inqas tliet membri attivi
tal-Moviment Graffitti ghandhom id-dritt li jitolbu bil-miktub, ghal
ragunijiet specifici (per ezempju: tibdil fl-istatut), Laqgha Generali
Straordinarja, u din ghanda tissejjah fi zmien xahar jew inqas mit-talba
taghhom. Il-membri kollha tal-Moviment Graffitti iridu jigu avzati
bil-Laqgha sa gimgha qabel id-data taghha u jistghu jivvutaw membri attivi
biss. Id-decizzjonijiet jittiehdu b’maggoranza semplici f’kaz li ma jkunx
hemm konsensus.
- Xoljiment: Ix-xoljiment tal-Moviment Graffitti jista’ jigi deciz biss
mill-membri f’laqgha apposta, fejn il-membri attivi kollha jkunu infurmati
li ser issir l-istess laqgha sa gimgha qabel id-data taghha. Biex
il-Moviment jigi xolt iridu jaqblu 100% tal-membri prezenti. F’kaz ta’
xoljiment il-fondi u l-propjeta’ tal-Moviment Graffitti jigu trasferiti
skond kif tiddeciedi l-istess laqgha. Kull membru attiv ghandu d-dmir li
jaghti kontribut tieghu f’kull process li jinvolvi xoljiment sa kemm kollox
ikun finalizzat ufficjalment.
- Statut: L-interpretazzjoni ta’ dan l-istatut bejn laqgha generali u ohra
hi tal-laqgha tal-membri. Fejn ma jitkellimx l-istatut id-decizzjoni
tal-membri attivi prezenti ghall-laqgha tal-membri tkun finali.
|