Home | Activities Alert | Press Releases | About Us | Photo Archive | Merchandise | Site Search

What is it?
About Moviment Graffitti

Statute
Moviment Graffitti Statute - in Maltese

After 10 years
An exhibition of 10 years of activities/campaigns organised

Contact Us
Email Addresses, Telephone Numbers, Bank Account and more.Click Here

Links

Links to websites relating to work done by Moviment Graffitti
Organisations
Environment
Human Rights
Non-Corporate Media
Ideologies And Resources
Add your link

Moviment Graffitti - What is it?

English Version

X’inhu il-Moviment Graffitti?

Il-Moviment Graffitti huwa attiv kontra l-oppressjoni u esplojtazzjoni fuq nies, ambjent u annimali; b'vizjoni ta' helsien u demokrazija radikali.

L-attivizmu tal-Moviment Graffitti jikkonsisti primarjament f'zewg strategiji:

  1. Azzjoni Diretta. Il-Moviment Graffitti huwa attiv f'oqsma bhal gustizzja socjali u difiza ambjentali. Dawn jinkludu attivizmu tul is-snin f'attivizmu ta' komunitajiet lokali bhall-Front Kontra l-Hilton, il-Front Kontra l-Golf Kors u Front Insalvaw Wied il-Kalkara. Jinkludu wkoll attivitajiet favur l-emancipazzjoni tal-klassi tal-haddiema (bhall-partecipazzjoni f'dimostrazzjonijiet ta' Unions progressivi); il-paci u n-newtralita' (bhal kontra z-zjajjar ta' bastimenti militari); id-drittijiet civili (bhad-divorzju u anti-sessismu), drittijiet umani (bhad-drittijiet ta' l-immigranti) u d-drittijiet ta' l-annimali (bhal protesti kontra l-furcoats). Il-Moviment Graffitti kemm il-darba organizza attivitajiet f'pajjizna li jkunu qed isiru madwar id-dinja. Dawn jinkludu Jum il-Haddiem, Peace Marches, il-World Anti McDonalds Day, kif ukoll diversi attivitajiet kontra l-globalizazzjoni kapitalist u favur il-gustizzja socjali madwar id-dinja.
  2. Azzjoni Ideologika. Il-Moviment Graffitti iqis ir-rwol ta' l-ideologija bhala vitali sabiex jigu proposti vizjonijiet xellugin u progressivi fis-socjeta'. Permezz ta' stqarrijiet, artikli, il-publikazzjoni tal-fuljett 'Graffitti' u metodi ohra ta' relazzjonijiet pubblici, il-Moviment Graffitti jesprimi l-ideologija tieghu. Il-Moviment Graffitti jorganizza u anke jippartecipa f'seminars, diskussjonijiet u laqghat tas-socjeta' civili. Il-Moviment kemm il-darba jorganizza attivitajiet kulturali bhall-muzika, esebizzjonijiet, films u teatru.

Il-Moviment Graffitti huwa awtonomu minn kull forza politika, ekonomika jew socjali u jhaddan id-demokrazija radikali fl-istrutturi tieghu. Jemmen fir-rwol ta' alleanzi progressivi sabiex ix-xellug jissahhah.

Fost l-istrutturi tal-Moviment Graffitti, hemm il-laqgha ghall-membri li ssir kull gimgha u li fiha jittiehdu d-decizzjonijiet; il-Fergha Universita' u Junior College (FUJC); kif ukoll l-organizazzjoni ta' sottokumitati skond il-htiega. Id-decizzjonijiet fi hdan il-Moviment jittiehdu b'mod demokratiku mill-membri li jattendu l-laqghat. Kulhadd jista' jipproponi issues ghad-diskussjoni fuq l-agenda tal-laqghat. Ma jezistix mexxej fil-Moviment, u l-membri huma kollha voluntiera.

Ghal iktar informazzjoni, jew jekk trid tissieheb, ghamel kuntatt mal-Moviment Graffitti
info@movimentgraffitti.org
Moviment Graffitti, PO Box 24, Sliema, Malta