Home | Activities Alert | Press Releases | About Us | Photo Archive | Merchandise | Site Search

What is it?
About Moviment Graffitti

Statute
Moviment Graffitti Statute - in Maltese

After 10 years
An exhibition of 10 years of activities/campaigns organised

Subcommittees
FUJC
Disramament WG

Contact Us
Email Addresses, Telephone Numbers, Bank Account and more.Click Here

Website
Send your comments, broken links and errors to the webmaster

Links

Links to websites relating to work done by Moviment Graffitti
Organisations
Environment
Human Rights
Non-Corporate Media
Ideologies And Resources
Add your link

Statut tal-Moviment Graffitti

Aggornat fit-28 ta’ Ottubru 2004

  1. Isem, Arma u Bandiera: L-isem tal-Moviment hu MOVIMENT GRAFFITTI. L-arma turi ponn u stilla. Il-bandiera hi hamra w sewda bl-arma fin-nofs.

  2. Ghanijiet u Skop: Il-Moviment Graffitti huwa attiv kontra l-oppressjoni u l-esplojtazzjoni fuq nies, ambjent u annimali; B’vizjoni ta’ helsien u demokrazija radikali. Il-Moviment Graffitti huwa progressiv, u awtonomu minn kull forza politika, ekonomika jew socjali. Madankollu jista’ jaghmel alleanzi ma forzi ohrajn skond kif jidhirlu. Fil-Moviment Graffitti ma jezistix mexxej, u l-membri huma kollha volontiera.

  3. Shubija: Sabiex wiehed isir membru irid ihallas mizata ta’ Lm5 fis-sena. Kull persuna li taqbel ma’ l-ghanijiet tal-Moviment Graffitti hija elegibli ghal shubija. Sabiex wiehed isir “Membru Attiv” (membru bi dritt tal-vot) irid ikun wera interess, attenda mill-inqas tliet laqghat tal-Moviment Graffitti fi zmien xaharejn, attenda attivita/jiet u jkun nominat minn Membru Attiv prezenti, liema applikazzjoni hija suggetta ghall-approvazzjoni ta’ l-Membri Attivi prezenti ghall-laqgha. Kull min jaqbel ma’ l-ghanijiet tal-Moviment Graffitti jista’ jsir “Supporting Member” (membru minghajr id-dritt tal-vot) . Il-mizata ta’ shubija, “Supporting Member” hija ta’ Lm2 fis-sena.

  4. Decizzjonijiet: Id-decizzjonijiet fil-Moviment Graffitti jittiehdu b’konsensus, u ghandu jkun hemm motivazzjoni u hidma biex jintlahaq konsensus. Meta ma jintlahaqx konsensus, id-decizzjonijiet fi hdan il-Moviment jittiehdu b’maggoranza semplici, li tfisser li jkun hemm iktar voti favur milli kontra fost il-membri attivi prezenti. L-astenzjonijiet ma jigux ikkalkulati, izda jekk ikun hemm maggoranza ta’ astenzjonijiet tittiehed votazzjoni jekk id-diskussjoni ghandhiex titkompla.

  5. Drittijiet tal-Minoranzi: F’kaz li hemm minoranza ta’ membri li ma taqbilx ma decizzjoni tal-Moviment Graffitti, din il-minoranza ghandha d-dritt li ssemma lehinha fil-publiku dwar l-opinjoni taghha b’mod personali u li ma tippartecipax ma dak li gie deciz mill-maggoranza.

  6. Tmexxija: Il-laqgha tal-membri hija responsabbli mit-tmexxija tal-Moviment Graffitti bejn laqgha generali u ohra. F’din il-laqgha, li ghanda ssir madwar darba fil-gimgha, jittiehdu decizzjonijiet politici, amministrattivi, ideologici u strategici fost ohrajn. Jinqraw il-minuti ta’ l-ahhar laqgha u jsiru wkoll rapporti ta’ korrispondenza, stqarrijiet, kitbiet u xandir li dehru fil-media, u darba fix-xahar ikun hemm rendikont finanzjarju. Il-laqgha tigi facilitata minn ‘Facilitatur’ li jigi mahtur fil-laqgha, u ‘Segretarju’ jiehu l-minuti. Fil-laqgha tal-membri ghandhom dritt jattendu kemm membri attivi kif ukoll “supporting members” u nies interessati. Madankollu jistghu jivvutaw biss membri attivi. F’kaz ta’ diskussjoni dwar temi kunfidenzjali, nies li m’humiex membri jistghu jigu mitluba johorgu mill-laqgha. Dawk kollha prezenti jistghu jipproponu temi ghad-diskussjoni fuq l-agenda tal-laqghat tal-membri. F’kull laqgha tal-Membri tingabar donazzjoni volontarja ta’ 50c minn dawk prezenti.

  7. Attivizmu: Il-Moviment Graffitti huwa attiv kemm permezz ta’ azzjoni diretta non-vjolenti (dimostrazzjoni, kampanji, protesti, etc..) u azzjoni ideologika (stqarrijiet, pubblikazzjonijiet, diskussjonijiet, attivitajiet kulturali, etc..). Il-membri tal-Moviment Graffitti ghandhom id-dritt li jippronu attivitajiet u d-dmir li jippartecipaw fihom. F’kaz li membru ma jaqbilx ma’ attivita’, ghandu d-dritt li ma jattendix. F’kaz ta’ bzonn, fil-laqgha tal-membri jigi deciz minn ghandu jigi infurmat ghall-attivitajiet. Fl-attivijatijet ghandu jsir dak li jkun gie deciz waqt il-laqgha tal-membri. Bejn laqgha tal-membri u ohra il-Moviment jista’ jibghat stqarrijiet izda l-process ghall-approvazzjoni ta’ l-istqarrija ghandu jkun demokratiku.

  8. Teams: Il-Moviment Graffitti jista’ jahtar teams dwar temi, kampanji, attivitajiet partikolari. L-ghan tat-teams hu li jiffacilitaw ix-xoghol u jkabbru l-attivita’ tal-Moviment Graffitti. It-teams dejjem ghandhom jirraportaw lill-Moviment Graffitti u r-rakomandazzjonijet taghhom huma suggetti ghall-approvazzjoni tal-Moviment Graffitti. It-teams bl-ebda mod m’ghandhom ikunu ghaqdiet ohra fi hdan il-Moviment Graffitti.

  9. Fergha Universita’ u Junior College (FUJC): Il-membri tal-Moviment Graffitti li huma studenti fl-Universita’ jew il-Junior College, u hadd iktar, huma awtomatikament membri tal-FUJC. Kull sena l-FUJC tappunta membri b’kariga. Il-FUJC trid tiltaqa’ mill-inqas darba kull xahar. Il-FUJC ghandha tirraporta lill-Moviment Graffitti, hu d-decizzjonijiet taghha huma suggetta ghall-approvazzjoni tal-Moviment Graffitti. Il-FUJC ghandha l-accounts taghha (li jinkludu kont fil-bank), li huma parti mill-accounts nazzjonali tal-Moviment Graffitti; jigifieri bl-isem dezinjat “Moviment Graffitti a/c Fergha Universita’ u Junior College”.

  10. Finanzi: Il-Firmatarji ghall-kontijiet kollha fil-bank u transazzjonijiet bankarji tal-Moviment Graffitti huma t-tezorier/a.

  11. Rwoli: Membru bi rwol bla ebda mod m’ghandu awtorita’ iktar minn membru attiv iehor. Membri li juru interess li jkollhom rwol jistghu jaghmlu x-xoghol relatat ma dan ir-rwol, bi qbil mal-membri attivi. Ir-rwoli jistghu jinkludu fost ohrajn dawk ta’ Facilitatur/i; Segretarju/i; Ufficjal/i Relazzjonijiet Pubblici; Tezorier/a; Ufficjali/i Shubija; Editur/i u Pubblikatur/i. Ghal kull rwol jista’ jkun hemm iktar minn persuna wahda. Ir-rwoli jigu decizi fil-laqgha tal-membri. Membru bi rwol ghandu jara li membri bla rwol ma jigux imcahhda milli jippartecipaw f’dak ir-rwol. Membru bi rwol ghandu jara kif jaqsam il-kapacitajiet involuti fir-rwol tieghu ma membri interessati. Ghal dan il-ghan, jistghu jigu organizzati workshops.

  12. Facilitatur: Facilutatur jifformola agenda ghall-laqgha tal-membri fil-bidu tal-laqgha. Kull min hu prezenti jista’ jipproponi temi ghall-agenda. Il-Facilitatur jorganizza l-punti fl-agenda skond l-importanza taghhom, u jizgura li kull punt ma jiehux iktar hin minn dak li jirrikjedi. Waqt il-laqgha tal-membri, il-Facilitatur jaghti permess lil dawk prezenti biex jitkellmu waqt il-laqgha tal-membri. Il-facilitatur izomm l-ordni waqt il-laqgha tal-membri u ghalhekk ghandu l-awtorita’ li jissospendi lil min mhux qed igib ruhu sew.

  13. Laqgha Generali Annwali: Il-Laqgha Generali Annwali hi l-ghola awtorita’ tal-Moviment Graffitti, u ssir f’Jannar kull sena. Il-membri kollha tal-Moviment Graffitti iridu jigu avzati bil-Laqgha sa gimgha qabel id-data taghha u jistghu jivvutaw membri attivi biss. Fil-laqgha jinqraw u jigu approvati r-rapporti ta’ membri bi rwol u teams. Fil-laqgha generali annwali il-membri attivi tal-Moviment Graffitti, ghandhom id-dritt li jipproponu tibdil fl-istatut, punti ghad-diskussjoni u li jivvutaw. Id-decizzjonijiet jittiehdu b’maggoranza semplici f’kaz li ma jkunx hemm konsensus.

  14. Laqgha Generali Straordinarja. Mill-inqas tliet membri attivi tal-Moviment Graffitti ghandhom id-dritt li jitolbu bil-miktub, ghal ragunijiet specifici (per ezempju: tibdil fl-istatut), Laqgha Generali Straordinarja, u din ghanda tissejjah fi zmien xahar jew inqas mit-talba taghhom. Il-membri kollha tal-Moviment Graffitti iridu jigu avzati bil-Laqgha sa gimgha qabel id-data taghha u jistghu jivvutaw membri attivi biss. Id-decizzjonijiet jittiehdu b’maggoranza semplici f’kaz li ma jkunx hemm konsensus.

  15. Xoljiment: Ix-xoljiment tal-Moviment Graffitti jista’ jigi deciz biss mill-membri f’laqgha apposta, fejn il-membri attivi kollha jkunu infurmati li ser issir l-istess laqgha sa gimgha qabel id-data taghha. Biex il-Moviment jigi xolt iridu jaqblu 100% tal-membri prezenti. F’kaz ta’ xoljiment il-fondi u l-propjeta’ tal-Moviment Graffitti jigu trasferiti skond kif tiddeciedi l-istess laqgha. Kull membru attiv ghandu d-dmir li jaghti kontribut tieghu f’kull process li jinvolvi xoljiment sa kemm kollox ikun finalizzat ufficjalment.

  16. Statut: L-interpretazzjoni ta’ dan l-istatut bejn laqgha generali u ohra hi tal-laqgha tal-membri. Fejn ma jitkellimx l-istatut id-decizzjoni tal-membri attivi prezenti ghall-laqgha tal-membri tkun finali.