|
What is it?
About Moviment Graffitti
Statute
Moviment Graffitti Statute - in Maltese
After 10 years
An exhibition of 10 years of activities/campaigns organised
Subcommittees
FUJC
Disramament WG
Contact Us
Email Addresses, Telephone Numbers, Bank Account and more.Click Here
Website
Send your comments, broken links and errors to the webmaster
Links
Links to websites relating to work done by Moviment Graffitti
Organisations
Environment
Human Rights
Non-Corporate Media
Ideologies And Resources
Add your link |
Moviment Graffitti - What is it?
English Version
X’inhu il-Moviment Graffitti?
Il-Moviment Graffitti huwa attiv kontra l-oppressjoni u esplojtazzjoni fuq nies, ambjent u annimali; b'vizjoni ta' helsien u demokrazija radikali.
L-attivizmu tal-Moviment Graffitti jikkonsisti primarjament f'zewg strategiji:
- Azzjoni Diretta. Il-Moviment Graffitti huwa attiv f'oqsma bhal gustizzja socjali u difiza ambjentali. Dawn jinkludu attivizmu tul is-snin f'attivizmu ta' komunitajiet lokali bhall-Front Kontra l-Hilton, il-Front Kontra l-Golf Kors u Front Insalvaw Wied il-Kalkara. Jinkludu wkoll attivitajiet favur l-emancipazzjoni tal-klassi tal-haddiema (bhall-partecipazzjoni f'dimostrazzjonijiet ta' Unions progressivi); il-paci u n-newtralita' (bhal kontra z-zjajjar ta' bastimenti militari); id-drittijiet civili (bhad-divorzju u anti-sessismu), drittijiet umani (bhad-drittijiet ta' l-immigranti) u d-drittijiet ta' l-annimali (bhal protesti kontra l-furcoats). Il-Moviment Graffitti kemm il-darba organizza attivitajiet f'pajjizna li jkunu qed isiru madwar id-dinja. Dawn jinkludu Jum il-Haddiem, Peace Marches, il-World Anti McDonalds Day, kif ukoll diversi attivitajiet kontra l-globalizazzjoni kapitalist u favur il-gustizzja socjali madwar id-dinja.
- Azzjoni Ideologika. Il-Moviment Graffitti iqis ir-rwol ta' l-ideologija bhala vitali sabiex jigu proposti vizjonijiet xellugin u progressivi fis-socjeta'. Permezz ta' stqarrijiet, artikli, il-publikazzjoni tal-fuljett 'Graffitti' u metodi ohra ta' relazzjonijiet pubblici, il-Moviment Graffitti jesprimi l-ideologija tieghu. Il-Moviment Graffitti jorganizza u anke jippartecipa f'seminars, diskussjonijiet u laqghat tas-socjeta' civili. Il-Moviment kemm il-darba jorganizza attivitajiet kulturali bhall-muzika, esebizzjonijiet, films u teatru.
Il-Moviment Graffitti huwa awtonomu minn kull forza politika, ekonomika jew socjali u jhaddan id-demokrazija radikali fl-istrutturi tieghu. Jemmen fir-rwol ta' alleanzi progressivi sabiex ix-xellug jissahhah.
Fost l-istrutturi tal-Moviment Graffitti, hemm il-laqgha ghall-membri li ssir kull gimgha u li fiha jittiehdu d-decizzjonijiet; il-Fergha Universita' u Junior College (FUJC); kif ukoll l-organizazzjoni ta' sottokumitati skond il-htiega. Id-decizzjonijiet fi hdan il-Moviment jittiehdu b'mod demokratiku mill-membri li jattendu l-laqghat. Kulhadd jista' jipproponi issues ghad-diskussjoni fuq l-agenda tal-laqghat. Ma jezistix mexxej fil-Moviment, u l-membri huma kollha voluntiera.
Ghal iktar informazzjoni, jew jekk trid tissieheb, ghamel kuntatt mal-Moviment Graffitti
info@movimentgraffitti.org
Moviment Graffitti, PO Box 24, Sliema, Malta
|