Latest News

[WATCH] Intervista mix-Xgħajra dwar ir-reklamazzjoni tal-art

Intervista mix-Xgħajra dwar ir-reklamazzjoni tal-art

Attivist tal-Moviment Graffitti ġie ntervistat fuq TVAM mix-Xgħajra dwar ir-reklamazzjoni tal-art.

“L-ewwel ħaġa rridu nifhmu eżatt xi tfisser ir-reklamazzjoni tal-art. Hawnhekk qegħdin ix-Xgħajra, qegħdin naraw il-blat, il-baħar. Dan huwa post li potenzjalment, bir-reklamazzjoni tal-art, jista’ jinqered darb’ għal dejjem. Ir-reklamazzjoni tal-art xi tfisser? Tfisser li inti tordom parti minn qiegħ il-baħar, parti kbira minn qiegħ il-baħar, fejn inti timlih bit-terrapien. U inti mhux tkun qridt biss dik il-biċċa, imma taffettwa l-ekosistema kollha. In-natura hija katina t’affarijiet marbutin ma’ xulxin, li kif missejt parti waħda, affetwajt lill-partijiet kollha tagħha. Uħud min-nies, mill-gruppi, li opponew ir-reklamazzjoni tal-art kienu s-sajjieda. Is-sajjieda qegħdin f’pożizzjoni tajba ħafna biex ifehmuna x’inhuma l-konsegwenzi tar-reklamazzjoni tal-art. Ġabu eżempju tajjeb ħafna naħseb. Qalu: immaġina li aħna naqbdu wied u nordmuh – kulħadd ikun kontriha, kulħadd jgħid li hija ġennata. Il-baħar huwa l-istess ħaġa. Hemm speċi ta’ widien taħt il-baħar. Hemm il-flora u l-fawna. Kif inti ordomt, kif inti qridtu, dak sa jaffettwa mhux dik ir-roqgħa biss, imma se jaffettwa l-ħlejjaq kollha fuq l-art u l-baħar.

It-tieni punt huwa l-kwalità tal-ħajja tagħna. Il-kosta u l-baħar huma parti essenzjali minn ħajjitna, speċjalment għal gżira żgħira bħal Malta. Hawnhekk irridu nifhmu x’ħa jsir, għax ir-reklamazzjoni tal-art ma tiqafx hemm. Din se tiswa ħafna ħafna flus, li biex tkun possibli jrid ikun hemm xi proġett kummerċjali intensiv fuqha. Li tfisser, iktar traffiku u tniggiż, u partijiet tal-kosta li jinqerdu darb’ għal dejjem. Il-kosta hija importanti għar-rikreazzjoni tagħna, fejn nistgħu mmorru nieħdu nifs; hija importanti għall-ekonomija tagħna, għat-turiżmu.

Malta ma naffordjawx inħarbtu l-ambjent tagħna b’dan il-mod. Dan verament se jaffettwa l-futur tagħna fuq din il-gżira.”

ARA l-intevista sħiħa fil-vidjo.

Latest from our blog

On Sunday, 8th March, women, trans and non-binary people and allies will gather at Triton Fountain at 3pm to march...

Moviment Graffitti welcomes the news that the British Barracks at Fort Chambray have been selected by Europa Nostra as one...

Over 150 artists and other individuals involved in Malta’s arts scene have written to the Culture Minister and the PBS CEO calling...