Latest News

Il-Kummenti tal-Prim Ministru fuq il-Ħaddiema

Il-fatt li l-Prim Ministru ilbieraħ filgħaxija (2 ta’ Mejju, l-għada ta’ Jum il-Ħaddiem) stqarr li l-Maltin m’għandhomx jagħmlu ċertu xogħlijiet għax iqis dawn ix-xogħlijiet bħala inferjuri, u għalhekk għandhom isiru mill-barranin, għandu jiġi kkundannat minn kulmin għandu ħjiel ta’ prinċipji xellugin u Soċjalisti. Din it-tip ta’ mentalità hija l-oppost ta’ dak li dejjem iġġieled għalih is-Soċjaliżmu. Is-Soċjaliżmu dejjem tħabat sabiex KULL xogħol ikun dinjituż, KULL ħaddiem jigi stmat irrispettivament mill-oriġini tiegħu, għaliex KULL xogħol u KULL ħaddiem huwa meħtieġ u importanti.


Huwa ferm inkwetanti li dan it-tip ta’ argument klassista u razzista qed jintuża sabiex jiġġustifika il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-pagi diżastrużi li hawn f’ċertu setturi hawn Malta. Minflok ma l-Gvern jintervjeni biex itejjeb dawn il-kundizzjonijiet, billi pereżempju jgħolli l-paga minima, dan qed jaqdi l-interessi tan-negozji l-kbar billi jagħti l-impressjoni li l-barranin jistgħu jiġu sfruttati għaliex huma ta’ “inqas valur” mill-Maltin.


Iżda b’pagi baxxi u b’kundizzjonijiet tax-xogħol ħżiena ibatu l-ħaddiema kollha – Maltin u barranin. Huwa skifuż li tipprova tifred lill-ħaddiema abbażi tan-nazzjonalità biex tipproteġi l-interessi tal-ftit sinjuruni li qed jisfruttaw lill-ħaddiem biex iħaxxnu bwiethom.

Latest from our blog

The Planning Authority’s decision to grant a permit to Sharlon Pace for 30 padel courts on archaeological remains on Manoel...

This Thursday, 16th July, the Planning Board will decide on whether to sanction 20 illegally built padel courts and allow...

We express our profound outrage and dismay at the Constitutional Court’s ruling in the case of Andrea Prudente. This judgement...