Latest News

Id-“deal” ta’ Trump la se jġib il-paċi u wisq anqas il-ġustizzja

Il-Ġimgħa u s-Sibt konna fid-daħla tal-Belt Valletta flimkien mal-komunità Palestinjana f’Malta sabiex nagħtu informazzjoni dwar is-sitwazzjoni fil-Palestina u l-hekk imsejjaħ “deal tas-seklu” ippreżentat mill-President tal-Istati Uniti Donald Trump ftit tal-ġranet ilu.

Ara l-Konferenza Stampa.

Il-Moviment Graffitti ilu għal dawn l-aħħar 25 sena juri s-solidarjetà sħiħa tiegħu mal-poplu Palestinjan. Dan il-poplu safa misruq minn artu u mkeċċi bil-forza minn daru mill-forzi Iżraeljani. Din l-inġustizzja kiefra għadha għaddejja bil-qawwa kollha tagħha sal-lum il-ġurnata. L-Iżrael dejjem qed jaħtaf aktar art, joqtol aktar Palestnijani u jagħmlilhom ħajjithom miżerabbli.

Id-deal ta’ “paċi” imħabbar minn Trump mhuwa se jagħmel xejn iktar ħlief jipprova jagħti leġittimità lill-imġiba illegali tal-istat Iżraeljan. Skont dan id-“deal”, il-Palestnijani jridu jċedu iktar territorju lill-istat Iżraeljan u jibqgħu jgħixu f’beżqa t’art taħt il-kontroll ta’ dan l-istat.

Ma jistax ikun hemm paċi jekk ma jkunx hemm ġustizzja. U d-deal ta’ Trump la se jġib il-paċi u wisq anqas il-ġustizzja.

Latest from our blog

Yesterday’s statement by Johann Buttigieg that he has transferred the directorship of a private company operating in the planning sector...

To this day, Carlo Stivala continues to profit from the illegal occupation of public land and the illegal structures he...

Nine NGOs have formally submitted their strong objections to the Planning Authority (PA) against a proposed planning policy that will...