F’Jum il-Ħaddiema tkellimna ma’ Sammy Meilaq dwar l-inġustizzji li qed iġarrbu l-ħaddiema u x’jista’ jsir biex jintgħelbu.
“L-inqas paga għandha tkun paga li tgħix tajjeb biha. Mhux issa ġejna li għandna l-working poor, kemm f’Malta u kemm f’pajjiżi oħra. Il-working poor hija kontradizzjoni minnha nnifisha. Għandek il-ħaddiem qed jipproduċi l-ġid, u flok jieħu parti ġusta minn dak il-ġid, jispiċċa mal-foqra.”
Sammy Meilaq huwa ex-tarznar u trejdjunjonista. Huwa ħadem bħala shipwright għal madwar 45 sena u għal numru ta’ snin kien iċ-Chairman tal-Kunsill tat-Tmexxija tat-tarzna fi żmien meta t-tarzna kienet taħt sistema ta’ self-management mill-ħaddiema. Barra l-involviment passat tiegħu fil-GWU u fl-istrutturi tal-Partit Laburista, Sammy huwa magħruf għall-ideat Soċjalisti li jħaddan u għall-azzjonijiet mit-tarznari li mexxa.
Intervista ta’ Rafel Grima, attivist tal-Moviment Graffitti.
Filmat ta’ Francantonio Cuschieri.