Loading Events

Events

Festa Ħaddiema

Join us for Festa Ħaddiema (Workers’ Fest) on Friday 1st May 2026, International Workers’ Day, between 11:00 and 15:00 at the Ġnien l-Għannejja Żwieten in Żejtun to remember the many workers’ struggles and achievements throughout history and to show solidarity with workers in Malta and around the world.

Socio-political, fun activities and music performances

Demonstrations in ganutell, lace-making and filigree by traditional artisans

Panel discussion about work and intersectionality with speakers representing the LGBTIQ+ community, persons with disabilities and migrants

Know your rights: Trade union Solidarjetà will be coordinating an activity about the importance of unionisation

Rafel Grima from Moviment Graffitti will present work-life balance solutions as part of our campaign – Justice for Workers.

Everyone is welcome to bring some food and drinks to share and a cushion to sit on. Come and bring your friends to celebrate and to express your solidarity with workers.

******

Ingħaqdu magħna għal Festa Ħaddiema, nhar il-Ġimgħa l-1 ta’ Mejju 2026, il-Jum Internazzjonali tal-Ħaddiema bejn il-11:00 u t-15:00 fi Ġnien l-Għannejja Żwieten, iż-Żejtun biex infakkru d-diversi ġlidiet tal-ħaddiema kif ukoll ir-rebħiet tagħhom matul l-istorja.

Se nkunu qegħdin ukoll nuru solidarjetà mal-ħaddiema f’Malta u fil-kumplament tad-dinja.

Nofstanhar ta’ attivitatjiet soċjo-politiċi u mużika

Dimostrazzjonijiet ta’ xogħol tal-ganutell, bizzilla u filugranu minn artiġjani tradizzjonali

Diskussjoni dwar ix-xogħol u l-intersezzjonalità b’kelliema li jirrappreżentaw il-komunità LGBTIQ+, persuni b’diżabilità u immigranti

Kun af id-drittijiet tiegħek: L-unjin Solidarjetà se tkun qed tikkordina attività dwar ix-xogħol tagħha trejdjunjonistiku u dwar l-importanza li ħaddiema jissieħbu f’unjin

Rafel Grima mill-Moviment Graffitti se jippreżenta dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja personali bħala parti mill-kampanja tagħna – Ġustizzja mal-Ħaddiema.

Min irid jista’ jġib ftit ikel u xorb biex naqsmuh bejnietna u kuxin biex ipoġġi fuqu. Ejjew u ġibu lill-ħbieb biex niċċelebraw flimkien u nesprimu s-solidarjetà tagħna mal-ħaddiema.