Johann Buttigieg is still the head of the Planning Authority despite being proven to be corrupt.
The chats between him and Yorgen Fenech – as well as the fact that he owns a private company operating in the planning sector – clearly show that planning in Malta has been taken over by filth and corruption.
The fact that Prime Minister Robert Abela has not removed Johann Buttigieg from this position is extremely serious and sends a dangerous message: that corruption within our institutions is acceptable.
And it is the people and their environment who are suffering the consequences of this corruption, through obscene decisions that trample on residents and destroy our environment.
On Saturday at 10am, representatives of 11 organisations active in the fields of the environment and planning will hold a Press Conference outside the Planning Authority in Floriana (St Francis Ravelin, next to Triq Envin Cremona), to demand that Johann Buttigieg be immediately removed from all public office, and to call for decency and integrity in planning.
We urge you to join us.
BirdLife Malta
Din l-Art Ħelwa
Flimkien għal Ambjent Aħjar
Friends of the Earth Malta
Front Żgħażagħ għall-Ambjent
Għawdix
Il-Kollettiv
Moviment Graffitti
Nature Trust Malta
Ramblers Association Malta
Wirt Għawdex
******
Johann Buttigieg għadu l-kap tal-Awtorità tal-Ippjanar minkejja li huwa korrott bil-provi.
Iċ-chats bejnu u bejn Yorgen Fenech – kif ukoll il-fatt li huwa sid ta’ kumpanija privata li taħdem fil-qasam tal-ippjanar – juru biċ-ċar li l-ippjanar f’Malta nħataf mill-ħmieġ u l-korruzzjoni.
Il-fatt li l-Prim Ministru, Robert Abela, ma neħħiex lil Johann Buttigieg minn din il-pożizzjoni huwa fatt gravi ħafna li qed iwassal messaġġ perikoluż: li l-korruzzjoni fl-istituzzjonijiet hija aċċettabbli.
U din l-istess korruzzjoni qed ibati l-konsegwenzi tagħha l-poplu u l-ambjent tiegħu, b’deċiżjonijiet oxxeni li jgħaffġu lir-residenti u jkissru l-ambjent tagħna.
Nhar is-Sibt fl-10am, bħala rappreżentanti ta’ 11-il għaqda attivi fil-qasam tal-ambjent u l-ippjanar, se niltaqgħu għal Konferenza Stampa quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar, il-Furjana (St Francis Ravelin, qrib Triq Envin Cremona), sabiex neżiġu li Johann Buttigieg jitneħħa minnufih minn kull kariga pubblika, u nsejħu għal diċenza u integrità fl-ippjanar.
Inħeġġukom tingħaqdu magħna.
