Sharlon Pace took over public land on Manoel Island for his padel business, building on top of important archaeological remains.
Last Thursday, the Planning Authority granted him a permit, effectively sanctioning this illegal development.
On Friday 24 July, we will gather at the entrance to Manoel Island, in front of the padel courts, to protest against this obscenity.
We’ll start gathering at 6pm, and the protest will begin at 6.30pm with a walk through Manoel Island.
The Prime Minister’s promise was clear: Manoel Island would be returned to the people. Sharlon Pace is not “the people.”
We demand that the Prime Minister honour his promise and ensure that any plans for Manoel Island are developed through a holistic approach that safeguards the common good.
We have always insisted that Gżira United FC should be given a football ground, as has been promised for decades. However, the land now occupied by the padel courts forms part of the site that we, as the public, paid €43 million to bring back into public ownership.
See you on Friday. We firmly believe that people have the power to stand up to the bullies who seek to enrich themselves at the expense of our public land.
******
Sharlon Pace qabad u ħataf art pubblika fuq Manoel Island għan-negozju tal-padel tiegħu, u dan sar fuq fdalijiet arkeoloġiċi importanti.
Il-Ħamis li għadda, l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġitlu permess għal din l-illegalità.
Nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Lulju se niltaqgħu eżatt fejn jibda Manoel Island, quddiem il-padel courts, sabiex nipprotestaw kontra din il-pastażata.
Nibdew ninġabru fis-6pm, u fis-6.30pm tibda l-protesta permezz ta’ mixja ġewwa Manoel Island
Il-wegħda tal-Prim Minsitru kienet ċara. Manoel Island se jerġa’ lura għand il-poplu. Sharlon Pace mhuwiex il-poplu.
Qegħdin nesiġu li l-Prim Minsitru Robert Abela jżomm kelmtu u li kull pjan għal Manoel Island isir b’mod ħolistiku li jħares il-ġid komuni.
Dejjem insistejna li l-klabb tal-Gżira United FC għandu jkollu ground tal-football, kif kien imwiegħed għal għexieren ta’ snin. Iżda fejn issa hemm il-courts tal-padel huwa parti mill-art li aħna bħala poplu ħallasna 43 miljun euro biex terġa’ tiġi f’idejna!
Narawkom nhar il-Ġimgħa. Nemmnu bis-sħiħ li n-nies għandhom is-saħħa jiġġieldu kontra dawn il-bullies li jridu jistagħnew minn fuq artna.
